Fil-waqt li bħal fil-Malti, f'ħafna lingwi tista tgħid "jien nixtri ktieb" fl-Olandiż trid iżżid l-artiklu indefinittiv - xejn ġdid għal min jaf l-Ingliż: "I buy 'a' book". Bħal fl-Ingliż, fl-Olandiż insibu wkoll l-artiklu definittiv "il-ktieb" - "the book".
Fl-Olandiż, iżda, hemm kumplikazzjoni żejda: L-artiklu definittiv jinqasam fi tnejn: 'De' u 'het'. Liem tuża jiddependi mit-tip ta' nom. Jekk in-nom jista jiġi assenjat sess (iġifieri raġel jew mara) nużaw 'de', jekk le nużaw 'het'. Ta' l-ahhar jissejħu 'neuter'. Il-kelma ktieb hija tat-tip neuter u allura tiġi 'het boek'. Ser taqra aktar dwar l-artiklu fil-paġna li jmiss.
Affarijiet oħra importanti li jkollok bżonn titgħallem dwar in-nomi huwa: kif tifforma l-plural u d-dimunuttiv (nomi żgħar). Nagħtu ħarsa wkoll lejn fenomenu tipiku Olandiż: In-nom kompost. Imma l-ewwel nagħtu ħarsa lejn l-artiklu fl-Olandiż.