Jekk vokala jkollha dieresis, din tifforma l-bidu ta' sillaba ġdida. Din hija intużata biex tindika fejn għadna naqsmu vokala doppja jew kumbinazzjoni vokolari f'sillabi separati. Mingħajr id- dieresis, vokala doppja jew kumbinazzjoni vokolari jagħmlu biss sillaba waħda.
| e-go-is-ti-sch
| egoïstisch
| selfish (egoist)
|
L-oi f'egoistisch tiġi pronunzjata bħal fl-Ingliż oy. Jekk nagħtu dieresis lil i bħal f'egoïstisch, l- oï tiġi pronunzjata bħal ohwee fl-Ingliż.
| re-eel
| reëel
| real (rejali), realistic (rejalistiku)
|
Mingħajr id-dieresis, ma nkunux nafu fejn naqsmu is-sekwenza ta 'e'ijiet fis-sillabi. Tista' tkun re-eel, imma anke ree-el.
| sym-pa-thie-en
| sympathieën
| sympathies (simpatiji), preferences (preferenzi)
|
L-istess nistgħu ngħidu għal sympathieën. Mingħajr id-dieresis, ma nkunux nafu jekk nużawx sym-pa-thie-en jew sym-pa-thi-een.
Kif tista' taqra fis-sezzjoni dwar il-vokali twal, il-kumbinazzjoni 'ui' hi pronunzjata bħala vokala waħda twila. Fil-kelma altruïstisch, irridu nippronunzjaw 'u' u 'i' bħala żewġ vokali separati. Biex nagħmlu dan, ikollna inqedgħu dieresis fuq l-'i'.
| mingħajr dieresis (ħażin!)
| altruistisch
| maqsuma f'sillabi differenti: al-truis-tisch
|
| b'dieresis:
| altruïstisch
| maqsuma f'sillabi differenti: al-tru-is-tisch
|
egoïstisch, reëel, sympathieën, altruïstisch
Meta naqsmu kelma fl-aħħar ta' linja b'tali mod li s-sillaba fil-bidu tat-tieni linja tibda bid-dieresis, m'hemmx għalfejn niktbu id-dieresis (ġa għamilnieha ċara bil-mod kif qsamna l-kelma).
| ego-
| re-
| sympathie-
| altru-
|
| istisch
| eel
| en
| istisch
|
Eżerċizzju tajjeb: żur is-site ta' gazzetta Olandiża, e.g. il-gazzetta Fjaminga
De Tijd u għażel artiklu. Għażel xi kliem u aqsamhom f'sillabi.
Biex tiċċejka r-risposti, tista' żżur
www.woordenlijst.org.
Daħħal il-kelma fl-ispazju l-vojt u s-sit jaqsamhielek f'sillabi awtomatikament.
L-mp3s kollha f'din il-paġna:

egoïstisch, reëel, sympathieën, altruïstisch