Nomi fil-plural u r-regola li sillaba qatt ma tista tispiċċa b'vokala doppja
Kif se tara iktar tard, il-plural ta' nom huwa normalment iffurmat billi iżżid -en wara n-nom singulari.
Ejja nikkunsidraw il-kelma maan (qamar).
Biex niffurmaw il-plural, inżidu -en: maanen
Jekk inkissruha f' sillabi, nispiċċaw b': maa-nen
Imma, jekk nobdu r-regola li ma jistax ikun hemm vokali doppji fl-aħħar ta' sillaba, ma nistawx nħallu s-sillaba tispiċċa b' aa doppja.
Ir-raġuni għal dan hija li sillaba li tispiċċa b' a waħda hija diġa kkunsidrata bħalha sillaba b'vokala twila (ftakar li
vokala qasira dejjem tispiċċa b'konsonanta).
It-tieni a hija għalhekk bla użu: b'hekk it-tieni a tista' tibqa barra.
maanen --> ma-nen --> manen
Kelma b'vokala twila għandha tibqa twila
Issa ser nagħmlu bil-maqlub: għandna kelma fil-plural b'vokala twila, u rridu nikkonvertuha fis-singular.
Ejja nieħdu in-nom fil-plural stenen (ġebel).
L-ewwel sillaba għandha vokala twila, għax jekk naqsmuha f' sillabi, naraw li l-ewwel sillaba tispiċċa b'vokala (e):
stenen
Biex niffurmaw is-singular, irridu nneħħu -en:
sten
Issa, is-sillaba tispiċċa b' konsonanta. Nafu li jekk sillaba għandha vokala waħda u tispiċċa b' konsonanta, il-vokala hija qasira.
Imma l-kelma fil-forma plurali kellha vokala twila, li ġeneralment ifisser li trid iżżomm il-vokala twila fis-singular ukoll.
Biex nagħmlu dan inżidu vokala:
steen
Ftakar li l- vokali doppji kollha huma vokali twal.