(:title Grammatika Olandiża:) ==== (:div class="noprint" style="font-size:0.85em":) PICS:link_icon.gif"link" [[AXS:ax.pl?http://www.taalunie.org | De Nederlandse Taalunie (DU)]] (:divend:) ==== (:div class="translated":) {$TransBy} Mirko Bonello (:divend:) ==== Madwar 23 miljun persuna fil-Belġju u fil-Pajjiżi l-Baxxi (1) għandhom L-Olandiż bħala l-lingwa materna, li jagħmel l-Olandiż is-seba' l-iktar lingwa mitkellma fl-{$WEB}[[AXS:ax.pl?http://europa.eu/index_mt.htm | Unjoni Ewropeja]]. Il-varjeta' ta' L-Olandiż mitkellma ġewwa Flanders (tramuntana tal-Belgju) xi drabi tissejjah Fjaming (Flemish), għalkemm l-estent, ta' kemm il-lingwa Olandiża u dik Fjaminga huma differenti, huwa suġġett li għadu sal-llum jiġi diskuss b'mod akkanit. L-Olandiż huwa ukoll il-lingwa uffiċjali tas-Surinam. Il-lingwa Olandiża hija lingwa Ġermanika, li jfisser għanda ħafna komuni mal-Ġermaniz, Ingliż, Daniż u Svediż. (1) Il-Pajjiżi Baxxi huma sikwit imsejħin l-Olanda, isem formalment mhux korrett minħabba li l-Olanda tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar huma fil-verità tnejn mit-tnax-il provinċja tal-pajjiż ==== !!Nitgħallmu L-Olandiż L-[[SpellingAndPronunciation.01 | ortografija]] Olandiża hija pjuttost sempliċi meta ikkumparata ma' lingwi oħra għax ibbażata fuq xi prinċipji bażiċi. L-istess ngħidu għall-konjugazzjoni tal-[[Verbs.01 | verbi]] Olandiżi. La darba tkun taf ir-regoli tal-konjugazzjoni, tkun tista tikkonjuga l-verbi l-oħra. Verbi irregolari, madankollu, iridu jigu mitgħallma bl-amment. Hemm tliet [[NounsAndArticles.01 | artikli]] x'titgħallem: l-artiklu indefinit 'een' (l-artiklu Ingliż 'a') u l-artikli indefiniti 'de' u 'het' (l-artiklu Ingliż 'the' jew l-artiklu Malti 'il-'). Dawk li studjaw il-Ġermaniż, Russu, jew Latin se jieħdu gost isiru jafu li l-Olandiż m'għandux il-'case system'. Dan ifisser li m'għandekx bżonn toqgħod tuża artikli u aġġettivi differenti ghall-suġġetti u oġetti. [[AdverbsAndAdjectives.01 | Aġġettivi]] jinbidlu biss skond it-tip ta' nom li jippreċedu (nom tat-tip 'de' jew 'het'). ==== L-iktar parti diffiċli tal-grammatika Olandiża hija [[WordOrder.00 | l-ordni tal-kliem]]. Hemm linji gwida ġenerali biex toħloq sentenza Olandiża imma l-eħfef mod biex tilħaq livell għoli huwa billi taqra ħafna Olandiż. Ostaklu ieħor għall-studenti ta' L-Olandiż huwa [[SpellingAndPronunciation.01 | l-pronunzja]]. Kemm din issibha diffiċli jiddependi minn fejn int. Il-'guttural g' hija eħfef għal dawk li jitkellmu l-Ispanjol, l-Ingliż (u saħansitra il-Malti) milli għal dawk li jitkellmu biss Ingliż u Ġappuniż. Imma dawk li jitkellmu l-Olandiż jaqblu kważi unanimament li (:button-player SOUND:uu.mp3 text="uu":) uu, (:button-player SOUND:ui.mp3 text="ui":) ui, u (:button-player SOUND:eu.mp3 text="eu":) eu huma l-iktar diffiċli biex tippronunzja b'mod espert. Int tista tisma' dawn il-ħsejjes fuq dan is-sit elettroniku imma l-aħjar mod biex issir espert huwa billi tesponi lilek innifsek għall-konverzazzjonijiet bl-Olandiż. Tħallat ma' kelliema Olandiżi jew uza ħafna 'audio books' bl-Olandiż, radju fuq l-internet, u vidjos Olandiżi. ==== !!Kif tuża dan is-sit elettroniku Tista' tinnaviga fil-kapitli tal-grammatika billi tuża l-menu fuq in-naħa tax-xellug ta' l-iskreen. Jekk ma ssibx dak li qed tfittex, tiddejjaqx issaqsi l-mistoqsija li għandek fil- Forum dwar il-Grammatika Olandiża. ==== (:div class="dlmp3":) '''L-mp3s kollha f'din il-paġna:''' ==== [[SOUND:uu.mp3 | PICS:download.gif"Mp3"]] uu [[SOUND:ui.mp3 | PICS:download.gif"Mp3"]] ui [[SOUND:eu.mp3 | PICS:download.gif"Mp3"]] eu (:divend:)